Malta Public Transport qed tavża lill-pubbliku li se jiġu provduti servizzi speċjali nhar is-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018 sabiex tiffaċilita l-ivvjaġġar ta’ dawk li ser jattendu l-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018.
Fid-data msemmija, it-terminus tal-karozzi tal-linja fil-Belt Valletta ser jingħalaq għall-vetturi kollha mill-16:00 ‘l quddiem. Is-servizz tat-trasport ser jopera minn Triq Sant’ Anna fil-Furjana fejn jinsabu 3 bus stops (Floriana A, B u C). Ir-rotot li ġejjin għandhom jgħaddu minn dawn il-bus stops:
Ir-rotot ser joperaw kif indikat hawn taħt:
• S10: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) fil-23:00, 23:30, 00:15, 01:15, 02:15 u fit-02:45
• S20: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) kull 30 minuta bejn il-23:00 u s-02:30
• S30: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) kull 20 minuta bejn il-23:00 u t-02:40
• S40: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) kull 60 minuta bejn il-22:45 u t-02:45
• S41: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) kull 30 minuta bejn il-22:45 u t-02:45
• S50: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) fil-23:00, 23:30 u kull 30 minuta mill00:15 sat-02:45
• S60: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) kull 30 minuta bejn il-23:00 u s-02:30
• S70: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) fil-23:00, 23:30 u kull 30 minuta mll00:15 sat-02:45
• S80: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) fil-23:00, 23:30, 00:30, 01:30 u fis-02:30
• S90: Tluq mill-Furjana (Triq Sant’Anna) fil-23:00, 23:30 u kull 30 minuta mil00:15 sat-02:45
• N13: tal-linja ser ikunu qed joperaw mill-Furjana (Triq Sant’Anna) skont iddomanda, flimkien mas-servizz skedat normali
Għal aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi speċjali l-klijenti jistgħu jżuru s-sit publictransport.com.mt. Il-klijenti jistgħu wkoll iniżlu t-Tallinja App għall-informazzjoni fuq liema karozza tal-linja ser tkun ser tassal f’kwalunkwe Bus Stop. Din l-app tista’ titniżżel mill-App Store jew mill-Google Play Store.