Malta Public Transport tħabbar titjib fis-servizzi ta’ matul il-lejl mill-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2016.
Minkejja li mhux se jkun hemm tibdil fir-rotot ta’ matul il-lejl popolari N11, ta’ bejn iċ-Ċirkewwa u Paceville, u N13, ta’ bejn il-Belt Valletta u Paceville, Malta Public Transport qed tintroduċi żewġ rotot ġodda oħra, N10 U N12, li se jaqdu r-rotot ta’ bejn Paceville u lokalitajiet fin-nofsinhar u ċ-ċentru ta’ Malta rispettivament.
Ir-rotta N12 se tkun qed toffri servizz bejn Paceville u lokalitajiet ċentrali, filwaqt li r-rotta N10 se tkun qeed toffri servizz bejn Paceville u l-lokalitajiet fin-nofsinhar ta’ Malta. Iż-żewġ rotot se joperaw kull 90 minuta wara nofsillejl. Mhux se jkun hemm tibdil fil-frekwenza għar-rotot N11 u N13, li se jkompli joperaw kull 60 minuta u kull 20 minuta rispettivament. Il-lista ta’ ħinijet fuq l-waqfiet ġiet aġġornata biex tirrifletti dawn is-servizzi ġodda.
Mhux se jkun hemm tibdil fil-nollijiet għal dawn is-servizzi ta’ matul il-lejl, li huma stabbiliti għal €3 għal kull biljett li jinxtara minn fuq il-karozza tal-linja u €2.50 għall-passiġġieri li jużaw it-tallinja card.