Minn Jannar li ġej sabiex ikompli jitħaffef il-piż minn fuq in-negozji, se jkunu jistgħu japplikaw biex jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni tagħhom tal-VAT online u tiġi validati fil-pront.
Il-Ministru Edward Scicluna spjega li dawn il-proposti ġew fuq suġġerimenti mingħand iċ-ċittadini. Il-pensjonanti se jkun qed jingħatalhom iċ-ċans ma jibqgħux iħallsu t-taxxa proviżorja kull 3 xhur imma din titnaqqsilhom persentaġġ mill-pensjoni Nazzjonali.
Miżura oħra li se jdaħħal dan il-baġit hi li r-rifużjoni tat-taxxa se tkun qed titħallas sa mhux aktar tard minn 6 xhur u mhux sa wara sena kif qiegħda llum.