L-avvanzi li saru fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei qegħdin jixhdu priorita’ ewlenija li għandu dan il-Gvern; dik li joffri l-aqwa u l-aħjar kura fis-servizzi tas-saħħa.
Tkellimna f’aktar dettall mal-Kirurgu Robert Xuereb li spjegalna kif fil-Critical Coronary Care Unit, l-pazjenti li għandhom bżonn angiogram jew intervent tal-molla biex tiftaħ l-arterja qed jingħataw il-kura fi żmien ġurnata, l-iktar l-iktar jumejn kif stipulat fil-linji gwida internazzjonali. Huwa qal li dan qed isir fl-istess waqt li ġew introdotti interventi ġodda fosthom il-Mitraclip:
Apparti l-Mitraclip, ġiet introdotta wkoll is-sistema tal-IVUS- l-Kirurgu spjega li persuni li jbatu bl-Anġina issa ser igawdu minn intervent li jinvolvi kamera li tidħol fl-arterja sabiex tara l-qalb fuq in-naħa ta’ ġewwa ħalli b’hekk il-professjonisti jkunu jafu eżattament kemm hi dejqa l-arterja tal-qalb u x’tip ta’ djuq għandha:
Fil-laboratorju fejn isiru l-interventi tal-qalb kien hemm żieda fin-numru ta’ pacemakers speċjali, hekk kif minn total ta’ ħmistax fis-sena, llum-il ġurnata qed isiru ħamsa u erbgħin fis-sena. Il-Kirurgu Xuereb spjega li f’dan il-laboratorju ġew introdotti servizzi li jgħinu pazjenti li għandhom qalb tħabbat b’ritmu mgħaġġel ħafna, b’mod irregolari:
L-avvanzi li qegħdin isiru fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija qed jikkontribwixxu wkoll lejn titjib fil-lista ta’ stennija, grazzi għal żieda fin-numru ta’ operazzjonijiet.
Dan fl-istess waqt li l-pazzjenti qed jirċievu l-kura meħtieġa f’Malta stess mingħajr il-ħtieġa li jsiefru.