Fuq il-midja soċjali, il-Partit Laburista avża li se jkun qed jiġi offrut servizz ta’ park and ride b’xejn, nhar il-Ħadd li ġej, fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.
Dan is-servizz se jkun qed jiġi offrut minn quddiem il-lukanda Phoenicia fil-Furjana għal Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Vallletta, mid-9:15am sal-10:15am.
Dan is-servizz ta’ park and ride se jkun provdut wara l-istess attività.
Dan hekk kif nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Ottubru se tkun qed tingħalaq il-Konferenza Ġenerali b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, mill-10:30 ’il quddiem.