Għall-partitissima tal-illejla Malta-Skozja fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, l-Malta Public Transport se toffri servizz speċjali tat-Trasport Pubbliku. Din il-partita se tkun l-ewwel waħda minn erba’ logħbiet ta’ Malta kontra l-Ingilterra, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Litwanja ta’ Grupp F għal kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2018 li se ssir fir-Russja.
Malta Public Transport se topera rotta speċjali li se tieħu lill-passiġġieri mill-Belt Valletta sal-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali bis-servizzi jitilqu mill-venda fil-Belt Valletta kull 30 minuta bejn il-17:15 u t- 19:45.
Kif tintemm il-partita, s-servizz speċjali se jkompli mill-ġdid fl-22:45 għal dawn iż-żewġ rotot:
- Minn Ta’Qali lejn il-venda ta’ Buġibba, li tgħaddi mill-Mosta u San Pawl il-Baħar
- Minn Ta’ Qali lejn San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Belt Valletta.
It-tariffi se jkunu kif ġej:
– €3.00 meta wieħed iħallas bi flus kontanti
– €2.50 meta wieħed iħallas bit-tallinja card
– Żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card
– L-ebda ħlas żejjed meta wieħed iħallas bl-Explore Card.