Illejla, il-Malta Public Transport se tipprovdi servizzi speċjali tal-linja tard bil-lejl biex tiffaċilita l-ivvjaġġar wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Lejlet l-Ewwel tas-Sena, fil-Belt Valletta.
Is-servizzi speċjali se jitilqu minn Valletta Terminus skond dawn ir-rotot:
S10: Din ir-rotta tgħaqqad Raħal Ġdid mal-Kalkara, tgħaddi mill-Isla u Bormla. Se tippermetti wkoll lill-passiġġieri li jattendu attivitajiet tal-Milied fil-Kottonera jitilgħu minn Bormla, il-Birgu, u l-Kalkara għar-ritorn tagħhom lejn il-Belt Valletta. Se topera mill-23:30 sas-01:40.
S12: Isservi il passigiera ta’ l-Imsida u Buġibba, din ir-rotta tgħaddi minn San Ġiljan, Pembroke, Baħar iċ-Ċagħaq, u l-Qawra. Is-servizzi jaħdem mill-23:35 sas-01:40.
S13: Dan is-servizz jgħaddi mill-Gżira, l-Imsida, San Ġiljan, u Tas-Sliema, u jopera minn 23:45 sas-02:00.
S20: Jivvjaġġaw lejn il-Għargħur permezz ta’ Tal-Qroqq u San Ġwann, din ir-rotta tmur minn 23:40 sas-01:45.
S40: Dan is-servizz jgħaqqad il-Birkirkara, Ħal Lija, Ħal Balzan, Mosta (Vjal l-Indipendenza), u l-Imġarr. Topera mill-23:35 sas-01:50.
S41: Tgħaddi minn Triq il-Kosta, din ir-rotta sservi lil San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, u ċ-Ċirkewwa. Hija se topera mill-23:30 sas-01:40.
S42: Din ir-rotta tgħaddi minn Triq Wied Birkirkara lejn il-Mosta (Tarġa u Żokrija), topera minn 23:40 sas-01:40.
S47: Isservi Birkirkara, Ħal Lija, Iklin, Naxxar, u Mosta (Sta Margerita), dan is-servizz jibda mill-23:30 sas-01:55.
S51: Tgħaddi minn Fleur de Lys lejn l-Imtarfa, b’waqfiet fir-Rabat, dan is-servizz jopera mill-23:35 sas-01:35.
S52: Jivvjaġġaw lejn Ħad-Dingli permezz ta’ Fleur de Lys u r-Rabat, dan is-servizz jibda minn 23:50 sas-01:50.
S61: Din ir-rotta tgħaddi mill-Ħamrun u Ħal Qormi, direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ (Sciortino), topera minn 23:45 sas-01:45.
S62: Jgħaddi mill-Ħamrun lejn is-Siġġiewi, dan is-servizz jopera minn 00:00 sas-01:30.
S71: Din ir-rotta tgħaqqad iċ-ċentru ta’ Ħal Luqa u ż-Żurrieq permezz ta’ Ħal Kirkop u Ħal Safi, li tibda minn 23:45 sas-01:45.
S72: Tgħaddi minn Triq Ħal Qormi lejn il-Qrendi permezz ta’ Ħal Kirkop u l-Imqabba, dan is-servizz jopera minn 00:25 sas-01:25.
S80: Jivvjaġġaw lejn Birżebbuġa permezz ta’ Santa Luċija, il-Gudja, u Ħal Għaxaq, din ir-rotta tibda minn 23:45 sas-01:30.
S85: Dan is-servizz jgħaddi minn Ħal Tarxien u Marsaxlokk permezz ta’ Bulebel, iż-Żejtun, u Bir id-Deheb, u jopera mill-23:30 sas-01:45.
S90: Sejrin lejn Raħal Ġdid u Wied il-Għajn permezz tal-Fgura, dan is-servizz jibda mill-00:15 sas-01:45 hrs.
S94: Jivvjaġġaw lejn ix-Xgħajra via Raħal Ġdid, il-Fgura, u Ħaż-Żabbar, din ir-rotta topera mill-23:35 sas-01:35.
Servizzi regolari bil-lejl (N13, N48, N62, N82, u N91) se joperaw bħas-soltu, bl-N48 jagħmel vjaġġi żejda fis-00:35 u l-01:05.
Passiġġieri b’Tallinja Cards personalizzati jistgħu jivvjaġġaw b’xejn, filwaqt li biljetti li jinxtraw għall- prezz ta’ €3 għal kull passiġġier se jkunu disponibbli minn magni tal-biljetti abbord għal dawk mingħajr Tallinja Card valida. Il-kabini tal-biljetti u ċ-Call Center se jibqgħu magħluqa f’Jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.