Servizz ta’ tifkira sar f’Christchurch fi New Zealand u ntwera madwar il-pajjiż kollu, sabiex ikun onorati l-ħamsin vittma tal-isparaturi li seħħew fil-ħmistax ta’ Marzu.
Il-Prim Ministru Jacinda Ardern tkellmet waqt l-attivita, flimkien ma’ mexxejja Musulmana u persuna li salvat mill-attakk.
Iktar minn għoxrin elf persuna attendew f’Hagley Park, qalb ħafna sigurta.
Ardern qalet li New Zealand kellu r-responsabilta li jkun il-pajjiż li huma jixtiequ li jkun. Saħqet li l-pajjiż mhux reżistenti għal mibgħeda u biża, iżda jista jkun il-pajjiż li jsib il-kura.