servizz.gov ser ikun qiegħed jassisti l-Helpline 111 b’rabta ma’ informazzjoni jew mistoqsijiet mill-pubbliku dwar il-virus Covid-19.
Dan permezz ta’ wħud mir-rappreżentanti ta’ servizz.gov li se jkunu qegħdin iwieġbu Helpline 111.
Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jibqa’ jċempel Helpline 111 biss biex jistaqsi dwar xi sintomi li jista’ jkun qiegħed iħoss.
servizz.gov qed javża li minħabba din l-għajnuna li se jkun qiegħed joffri lil Helpline 111, is-servizz mogħti minn Freephone 153 u miċ-ċentri jista’ jiġi impattat. Dan ifisser li l-istennija tal-klijent meta jċempel 153 jew iżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov tista’ tkun kemmxejn itwal mis-soltu.
servizz.gov jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent li jista’ jinqala f’dan il-perjodu.