Waqt it-tnedija tal-istrateġija l-ġdida għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sal-2030 tħabbar proġett ġdid, bl-isem ta’ Caring for Carers, li permezz tiegħu tim multidixxiplinarju se jkun qed iħares is-saħħa mentali tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, li spjega li l-proġett huwa intiż biex jantiċipa problemi bħall-ansjetà u d-dipressjoni li jistgħu jesperjenzaw il-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa minħabba n-natura esiġenti ta’ xogħolhom.
Id-Deputat Prim Ministru spjega wkoll li l-għan ta’ dan l-eżerċizzju hu wieħed preventiv u li joffri l-għajnuna neċessarja dwar kif wieħed jista’ jaffaċċja l-isfidi fuq il-post tax-xogħol.
Dan il-proġett se jibda mill-ħaddiema tal-Isptar Monte Karmeli u wara se jiġi estiż għall-ħaddiema kollha fil-qasam tas-Saħħa.