Servizz ġdid tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri se jibda jkun disponibbli bejn Malta u Katanja. Il-grupp Onorato Armatori kkonferma l-istrateġija ġdid tiegħu, li tinkludi traġitti lejn Malta. Huwa grupp li jispeċjalizza fil-ġarr ta’ kull tip ta’ vetturi kbar u merkanzija.
Minn nhar it-18 ta’ April, il-grupp se jintroduċi servizzi bejn Malta u Catania, permezz ta’ vapur dedikat apposta. L-għan hu li tiżdied il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u bejn Malta u l-kumplament tal-Italja u tal-Ewropa. Se jkun hemm erba’ vjaġġi fil-ġimgħa bejn Malta u Catania u viċe Versa.