Gie ffirmat ftehim bejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u l-Maltapost, li permezz tiegħu, mill-10 ta’ Lulju, it-taxxi jkunu jistgħu jitħallsu fiċ-ċentri ta’ Maltapost.
F’konferenza tal-aħbarijiet,il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega kif hemm madwar 45,000 persuna li minflok jużaw is-sistema online, għadhom jippreferu jħallsu billi jirrikorru fl-uffiċju tal-IRD fil-Furjana.
Bil-faċilità li t-taxxa tithallas anke fiċ-ċentri ta Maltapost, li huma madwar 40 f’Malta u Ghawdex, se jitnaqqas l-iskariġġ, f’servizz deċentralizzat li jkun iktar qrib taċ-ċittadin.
Dan fl-istess waqt li s-servizz fiċ-ċentri ta Maltapost mhu se jgib ebda ħlas żejjed miegħu.