WEEE Malta, l-iskema awtorizzata għall-ġbir ta’ skart elettroniku introduċiet is-servizz tal-WEEE Trolleys – Collection Points f’Għawdex. Il-WEEE trolleys qed iservu ta’ servizz għar-residenti kollha biex ikunu jistgħu jiddisponi mill-iskart elettroniku ta’ daqs żgħir. Skart elettroniku żgħir ifisser bħal ktieli, cables, laptops, hairdryers u ħafna oġġetti li jintużaw fid-djar.
L-ewwel trolleys f’Għawdex jinsabu fi ħdax–il Kunsill Lokali. Dawn huma l-Għarb, Munxar, Żebbuġ, Rabat, Xagħra, Xewkija, Għajnsielem, Qala, Għasri, Kerċem u San Lawrenz.
WEEE Malta għalhekk issa għandha Trolley f’42 lokalita’ minn 68 Lokalita’ f’Malta u Għawdex. WEEE Malta qed tforni il-WEEE Trolleys lil kumpaniji privati u entitajiet kbar li jħaddmu numru konsiderevoli ta’ nies biex dan is-servizz ikun iktar eqreb tal-ħtiġijiet tan-nies.
Il-Kap tal-Operat ta’ WEEE Malta, Sergio Mallia qal li dan is-servizz intlaqa’ tajjeb ħafna minn diversi residenti tant li f’xahrejn WEEE Malta bgħattlet iktar minn 50 trolley fil-Kunsilli Lokali.
Il-materjal li jinġabar qed ikun iddepożitat f’faċilitajiet apposta li għandhom il-permess tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi biex jiżmantellaw, jittrattaw u jirriċiklaw l-iskart elettroniku.