Klijent ta’ bank Ingliż insterqulu mal-€20,000 waqt li kien qed jingħata l-kura fl-isptar, wara li kien aggredit minn grupp ta’ rġiel fit-triq. Ir-raġel, li għandu 19-il sena, instab mitluf minn sensieh fi ġnien pubbliku f’Londra ftit sigħat wara l-attakk.
Huwa ġie f’sensieh 12-il siegħa wara u sab ruħu l-isptar. Ftit wara, huwa ntebaħ li nsterqulu €20,000 mill-kont bankarju tiegħu, iżda l-bank Ingliż NatWest irrifjuta li jroddlu flusu lura.
“Ħassejtni qisni jien kont il-kriminal f’dan il-każ, meta fil-verità jien sfajt iffrodat b’dan il-mod”, saħaq il-vittma ma’ diversi mezzi tax-xandir Ingliżi.
Dan il-każ għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija Ingliża.