L-irmied ta’ raġel mejjet insterqu mid-dar tal-armla tiegħu f’Greenwich, f’Londra, minn żewġt irġiel. Skont rapporti mill-Pulizja Metropolitana ta’ Londra, l-irmied kienu qed jinżammu f’locket forma ta’ qalb, u nsteraq ukoll iċ-ċurkett tat-tieġ tal-armla.Il-Pulizija ssoktat tgħid li s-serqa kellha effetti ħżiena ħafna fuq l-armla, li għandha 83 sena, u li appellat għall-għajnuna biex jinstabu l-ħallelin.
Il-Pulizija ddeskriviet is-serqa bħala waħda diżgustanti, immirata biex tweġġa’ u tagħmel ħsara lil persuna vulnerabbli.
Ritratt: Sky News