Eks-impjegata ta’ spiżerija fil-Ħamrun instabet ħatja li serqet mill-stess spiżerija li kienet taħdem fiha.
Fi Frar tal-2011 u fix-xhur u snin ta’ qabel, Fiona Bondin ta’ 40 sena serqet flus, mediċini u oġġetti oħra relatati mill-ispizerija The Cross il-Ħamrun .
Hija inqabdet tisraq fil-fatt minn kameras tas-sigurtà li ġew installati.
Fil-Qorti sidt l-ispizerija qalet li l-affarijiet misruqa jammontaw għall-€100,000 .Madankollu, wara li l-Qorti rat dokument u rapporti ta’ esperti ddikjarat li l-valur tal-affarijiet misruqa jammontaw bejn €5,000 u €10,000.
Il-Qorti wara li kkunsidrat il-fatti kollha, ikkundannat lill-akkużata tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnatilha tħallas kumpens ta’ €5,000 u spejjeż oħra tal-kawża. Il-ħlasijiet iridu jsiru fi żmien sitt xhur.