Franċiża ta’ erbgħa u ħamsin sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ammettiet li serqet ikel u fliexken tal-inbid minn ħanut fin-Naxxar.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif f’Lulju l-mara ħarġet mill-ħanut bi fliexken tal-inbid fil-basket tagħha li ma kinitx ħalset għalihom, u fid-dsatax ta’ Lulju għamlet l-istess b’pakkett ta’ tiġieġ.
Intqal ukoll kif il-mara għandha problemi ta’ saħħa mentali kif ukoll problemi ta’ xorb.
Apparti minn hekk hija ilha tgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena u għandha familja tgħix f’Malta.