Ilbieraħ fl-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija seħħet serqa fi Triq il-Kbira f’Ħaż Żabbar.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li żewġt irġiel, li kienu mgħammda u libsin hoodie, daħlu f’stabiliment tal-logħob u wara li aggredew lill-impjegat, serqu xi flus.
L-impjegat, ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien, ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.