Raġel mgħammad b’arma bil-ponta u li taqta’ daħal jisraq minn stabbiliment fi Triq ir-Rabat, Żebbuġ, Għawdex għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija.
Ir-raġel daħal ġo dan l-istabbiliment u talab għal flus lill-kaxxier, raġel ta’ 57 sena, li jogħqod fiż-Żebbuġ Għawdex.
Ir-raġel ħarab minn fuq post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
F’dan l-inċident ħadd ma weġġa’ u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.