Għall-ħabta tal-16:45, intalbet l-għajnuna tal-pulizija wara li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ġewwa dar fi Triq Nicola Isouard fil-Mosta.
Sorsi fuq il-post qalu lil ONE News li x’aktarx insterqet xi ġojjellerija.
Hu mifhum li s-serqa seħħet f’penthouse fi blokka t’appartamenti u sabiex wieħed jaċċessa din il-penthouse ikollu jiftaħ żewġ bibien. Il-bieb tal-blokka tal-appartamenti kif ukoll dak tal-penthouse.
Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha u nfetħet inkjesta maġisterjali.
S’issa mhux magħruf jekk kienx hemm nies maqbuda fir-residenza jew jekk weġġgħux xi nies.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.