Il-Pulizija qed tfittex ħalliel wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, seħħet serqa minn ħanut fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ.
Raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut, li dak il-ħin kien hemm kaxxier, raġel ta’ 20 sena residenti Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq xi oġġetti mill-ħanut.
Il-kaxxier ittieħed iċ-ċentru tas-saħħa fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.