Illum għall-ħabta tal-4:15p.m., il-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut li jinsab fi Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara.
Minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-mara, ta’ 20 sena u residenti Birkirkara, li hi impjegata fl-istess ħanut. Ir-raġel ma kienx mgħammad iżda allegatament kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’xi flus kontanti. It-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.