Il-Pulizija qed tinvestiga serqa minn blokka ta’ appartamenti fi Triq Santa Katerina ġewwa Ħ’Attard.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li ftit qabel it-tmienja tal-Ħamis filgħaxija numru ta’ residenti sabu l-garaxx tagħhom sgassat. Għadu mhux magħruf x’insteraq madankollu sorsi tagħna kkonfermaw li vettura tat-tip Audi A1 tinsab nieqsa.
Il-pulizija elevaw ukoll numru ta’ filmati tas-sigurtà hemm installati mad-dawra tal-garaxxijiet.
L-investigazzjonijiet qed isiru mill-pulizija tal-għassa ta’ Birkirkara.