Ftit wara s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar seħħet serqa minn banka tal-lottu fi Triq l-24 ta’ Ġunju, San Ġwann.
Raġel daħal fil-banka tal-lottu u talab lill-propjetarja – mara ta’ 56 sena, sabiex ittih il-flus. Jidher li r-raġel ma kienx mgħammad iżda kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’xi flus kontanti flimkien ma’ persuna oħra li kienet qiegħda tistennih barra.
Il-mara ta’ 56 sena ma sofriet l-ebda ġrieħi.