Lejl impenjat għall-pulizija f’Birkirkara fejn ġew magħrfa li fi Triq Fleur de Lys kienet qed issir serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ.
Il-Pulizija marru fuq il-post u qabdu lill-ħalliel ta’ nazzjonalità Libjana fil-fatt.
Dan ġie arrestat u ttieħed id-depot tal-pulizija għal aktar stħarriġ.