Qed tiġi investigata serqa mill-mużew tal-Isptar Monte Carmeli. Ir-rapport lil Pulizija sar fis-26 ta’ Settembru li għadda u skond kelliema tal-Pulizija insterqu divesi għodod mediċi li jmorru lura għal ftuħ tal-istess sptar fl-1861. Insterqu ukoll diversi reġistri ta’ pazjenti li allegatament uħud minnhom kienu jmorru lura għas-seklu dsatax.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija minn Dr Consuelo S. Herrera.