Żewġt irġiel mgħammda u armati b’sikkina daħlu f’ħanut fiż-Żejtun u serqu ammont ta’ flus kontanti li ħarbu bihom minn fuq il-post.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq l-Isqof Emm. Galea, meta l-allegat ħallelin daħlu fil-ħanut tal-Convenience u talbu l-flus lill-kaxxiera, żewġ nisa ta’ 40 sena u 25 sena, li ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġt irġiel involuti fis-serqa.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.