Raġel daħal jisraq f’ħanut li jinsab fi Triq Manuel De Vilhena fil-Gżira.
Hu seraq ammont ta’ flus li kienu fil-kaxxa tal-flus u ħarab minn fuq il-post minnufih.
Il-pulizija qalet lil ONE.com.mt li l-ħalliel ma kienx armat u li l-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar.
It-tfittxija għar-raġel għadha għaddejja.