Għall-ħabta tal-11.15am saret serqa minn ħanut fi Triq il-Kbira, Ħal Balzan. Allegatament żewġ irġiel libsin hoodie daħlu fil-ħanut u serqu flus kontanti mill-cash register.
Wieħed mill-irġiel kien allegatament armat b’arma tan-nar fil-mument li talab il-flus lil sid il-ħanut, mara ta’ 73 sena. B’xorti tajba l-mara u l-klijenti li kienu fil-ħanut fil-ħin tas-serqa ma sofrew ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.