Numru ta’ Pulizija bħalissa jinsabu fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda wara li sar rapport li sar xi serq u vandaliżmu fuq madwar għaxar karozzi.
Ir-rapport għand il-Pulizija daħal għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu.
Il-karozzi li kienu pparkjati fl-istess parkeġġ, għandhom xi ħsarat, fosthom twieqi mkissrin u anke mirja.
Apparti minn hekk il-Pulizija kkonfermaw li mill-vetturi nsterqu xi oġġetti.