Dan ir-rettilu li huwa mifhum li hu ma jiflaħx instab fi swimming pool fi Queensland l-Awstralja.
Handler professjonali qabdu u ħadu għall-kura fi klinika apposta.
Il-veterinarji neħħew aktar minn 500 parassita u hu mistenni li jirkupra. Is-serp bl-isem ta’ Nike beda jipprova jgħerreq il-parassiti fil-pool.
Is-sriep normalment ikollhom parassiti fuq ġisimhom, però il-preżenza ta’ dan in-numru konsiderevoli ta’ parassiti jindika li s-serp għandu marda li possibilment tfaċċat minħabba stress tat-temp sħun.
“Ovvjament kien serp marid ħafna biex kien daqshekk fi stat ħażin” tenna l-Assistent Professur Fry. “Niddubita kemm kien jgħix kieku ma nqabadx”.