Qarrej ta’ one.com.mt li għadu kif ħa l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-COVID-19 qal li baqa’ impressjonat bil-professjonalità li wrew il-professjonisti fuq il-post, u l-mod kif qed jingħata l-vaċċin.
F’messaġġ li kiteb lil ONE News, Sandro Buttigieg ddeskriva s-serjetà li biha l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħtu dan is-servizz lill-poplu Malti u Għawdxi. Buttigieg qalilna wkoll li kollox sar f’ħin qasir, anke jekk kien hemm attendenza tajba ħafna ta’ persuni biex jitlaqqmu wkoll skont l-appuntament li ngħataw.
Hawnhekk sellem ukoll l-infermiera u s-suldati dixxiplinati li kienu fuq il-post biex jiggwidaw lil dawk li jkun imisshom jieħdu t-tilqima.
Apparti l-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Luqa, hawn 40 ċentru għat-tilqim madwar il-Gżejjer Maltin, li jinkludu numru sew ta’ bereġ tas-saħħa fil-komunità, l-Isptar Mater Dei u l-Università