Tkompli tikber l-industrija internazzjonali tal-films f’Malta hekk kif ftehim proġett ġdid mill-Malta Film Commission se tara kumpanija żvediża tiġbed reality show f’pajjiżna fiż-żmien li ġej.
L-aħbar ta’ din issegwi s-suċċess ekonomiku li kiseb pajjiżna hekk kif spiċċa x-xogħol fuq serje televiżiva oħra mill-istazzjoni Taljan RAI dwar siti importanti storiċi fejn bastiment intilef bejn sema u ilma. Dan ħalla €8 miljun fl-ekonomija lokali.
Is-Serje Taljana ma kinitx l-unika serje televiżiva marbuta ma’ pajjiżna fl-aħħar żmien. Id-direttur rispettat James Cameron għażel lill-Malta bħala sit fejn jiġbed dokumentarju dwar il-belt leġġendarja, Atlantis. Grech iddeskriva dan bħala sitwazzjoni ‘win, win’, hekk kif Malta toffri ix-xogħol lin-nies fl-industrija tal-films, u meta l-prodott finali jintwera ikun ta riklam globali tajjeb, fejn l-udjenza tara s-sbuħija,l-istorja, u il-kultura Maltija.
Is-suċċess li pajjiżna kiseb f’dan il-qasam ilu jintwera s-snin hekk kif films kbar bħal ma huma, Munich, Gladiator, Troy, u is-Serje Game of Thrones kisbu suċċess globalu u poġġew lill-Malta fuq il-mappa. Skont Grech, dan is-suċċess huwa wieħed kollettiv li huwa frott il-ħidma ta’ diversi setturi lokali.
https://youtu.be/WiQaHQ-2YX4