Ibbażat fuq novella li rebħet bosta unuri, is-serje Foundation b’produzzjoni ta’ Apple TV+ u Skydance Television għażlet lill-pajjiżna u l-Malta Film Studios bħala l-isfond għal ġbid tas-sensiela tagħha.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet id-direttur tas-serje ‘Foundation’ Michael Malone sostna kif il-Kummissjoni tal-Films kienet hemm ma’ kull pass tal-produzzjoni fosthom biex kollox ikun konformi mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Qal kif, “Malta has incredible locations to film on, water tanks and is yet to have sound stages. We expanded our vision for Malta, we were going to two weeks and ended up doing five weeks. But if the sound stage existed, we would have ended up filming here for two to three months. So, I think that would be a very positive development for the Maltese film industry.”
Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech spjega kif din il-produzzjoni qed tħalli għaxar miljun ewro u toffri erba’ mitt post tax-xogħol.
Spjega li, “Għal darb oħra urejna li l-kummissjoni tal-films hija reżiljenti ġewwa pajjiżna. Foundation li għażlet lil Malta ilhom joperaw f’pajjiżna 4 xhur dan ifisser 4 xhur jobs għan-nies, 4 xhur fejn aħna komplejna nuru l-kapaċitajiet tagħna li Malta toffri u Malta għandha prodott tajjeb – world class jiġifieri fejn inti qed titkellem fuq il-crew, is-servizz li Malta toffri nikkompetu mad-dinja.”
Il-Ministru għat-Turiżmu fakkar fl-investiment ta’ €35 miljun biex il-Malta Film Studios tkun attrezzata aħjar biex jinħolqu iżjed impjiegi ta’ kwalità għall-Maltin.
Irrimarka kif fl-aħħar tmien xhur din l-industrija ħalliet fl-ekonomija ta’ pajjiżna madwar €32 miljun.
Qal kif, “Aħna rridu mhux biss nattiraw blockbuster movies imma wkoll jkollna series bħal Foundation illi dawn ikunu qed jagħmlu riklam kbir lill-pajjiżna lil hinn minn xtutna. Il-fatt li niġbdu l-ikbar ismijiet fl-industrija qegħdin noħolqu din l-opportunità li sservi biex nimmarketjaw iżjed lill-pajjiżna u nuru x’aħna kapaċi noffru bħala pajjiż.”