TAN-NEJK

L-orgażmu, il-pornografija, il-masturbazzjoni, il-fetishes, is-sex toys, u l-fertilità huma fost is-suġġetti li ser jiġu diskussi fuq ‘Tan-Nejk’. Joseph Agius u t-terapista tas-sess Matthew Bartolo flimkien mal-mistedin tagħhom ser jiddiskutu u jinformaw dwar dawn is-suġġetti diversi relatati mas-sess.

Episodji

INTRODUZZJONI
Episodju 1: INTRODUZZJONI 33m
Joseph Agius u t-terapista tas-sess Matthew Bartolo ser jintroduċuna u jagħtuna ħarsa lejn is-suġġetti u dak kollu li ser ikunu qed jiddiskutu u jedukawna dwaru f’ ‘Tan-Nejk’.
TFAL
Episodju 2: TFAL 38m
Tajjeb li titkellem mat-tfal tiegħek fuq is-sess? Kif għandek twieġeb jekk jistaqsuk xi mistoqsija antipatka? Dan u aktar ser ikun diskuss minn Joseph Agius u Matthew Bartolo flimkien mal-psikologa tat-tfal Dr Marylin Cassar.
TQANQIL U APTIT
Episodju 3: TQANQIL U APTIT 37m
Joseph Agius u Matthew Bartolo din id-darba ser jiddiskutu t-tqanqil, l-erezzjonijiet u l-aptit għas-sess.
STRESS
Episodju 4: STRESS 37m
Danica Cassar ser tingħaqad ma’ Joseph u Matthew biex flimkien jiddiskutu kemm l-effett tal-istress fuq il-ħajja sesswali kif ukoll għalfejn is-sess jista’ joħloq l-istress.
IDEAT U KUNĊETTI ŻBALJATI
Episodju 5: IDEAT U KUNĊETTI ŻBALJATI 35m
Jeżistu ħafna ideat u kunċetti żbaljati relatati mas-sess u Joseph, flimkien ma’ Matthew, ser jagħtu ħarsa u jiddiskutu wħud minnhom.
IDEAT U KUNĊETTI ŻBALJATI 2
Episodju 6: IDEAT U KUNĊETTI ŻBALJATI 2 32m
Tkompli d-diskussjoni bejn Joseph Agius u t-terapista tas-sess Matthew Bartolo fuq aktar ideat u kunċetti żbaljati li jeżistu dwar is-sess.
DATING
Episodju 7: DATING 36m
Michael Debattista huwa l-mistieden li jmiss ta’ Joseph u Matthew biex flimkien jiddiskutu u jedukaw dwar id-dating u r-relazzjonijiet.
ADOLEXXENTI
Episodju 8: ADOLEXXENTI 39m
L-għalliema tal-PSED Michelle Grech hija l-mistiedna ta’ Joseph Agius u Matthew Bartolo biex flimkien jiddiskutu s-sess u l-adolexxenti.
RELIĠJONIJIET
Episodju 9: RELIĠJONIJIET 35m
Josef Pace jingħaqad ma’ Joseph u Matthew biex flimkien jiddiskutu dwar kif ir-reliġjonijiet iħarsu lejn is-sess.
PORN
Episodju 10: PORN 36m
Bla dubju suġġett relatat man-nejk u li jinteressa lil ħafna huwa l-pornografija. Dan huwa s-suġġett li ser jiddiskutu Joseph u Matthew din id-darba.
LGBTIQ+
Episodju 11: LGBTIQ+ 36m
Matthew Bartolo u Joseph Agius flimkien mal-mistieden tagħhom Duane Grech ser jiddiskutu suġġetti diversi relatati mal-komunità LGBTIQ+.
FERTILITÀ
Episodju 12: FERTILITÀ 39m
Matthew Bartolo u Joseph Agius flimkien mal-mistiedna tagħhom Dr Christine Schembri Deguara ser jiddiskutu l-fertilità.
ANATOMIJA
Episodju 13: ANATOMIJA 36m
Michelle Grech ser tingħaqad ma’ Matthew Bartolo u Joseph Agius biex flimkien jiddiskutu l-anatomija tal-bniedem.
SEX TOYS
Episodju 14: SEX TOYS 36m
Is-sex toys huwa s-suġġett li ser jiddiskutu Joseph u Matthew fil-programm tal-lum.
BENESSERI SESSWALI
Episodju 15: BENESSERI SESSWALI 36m
Danica Cassar ser tingħaqad ma’ Matthew Bartolo u Joseph Agius biex flimkien jiddiskutu s-saħħa fiżika u l-benesseri sesswali.
DIŻABILITÀ
Episodju 16: DIŻABILITÀ 40m
Għal darb’oħra Michael Debattista ser jingħaqad ma’ Joseph u Matthew din id-darba biex jiddiskutu s-sess u l-persuni b’diżabbiltà.
ANZJANI
Episodju 17: ANZJANI 37m
Matthew Bartolo u Joseph Agius flimkien ma’ Mr Yaser Teebi ser jiddiskutu l-anzjani u s-sess.
MASTURBAZZJONI
Episodju 18: MASTURBAZZJONI 40m
Għal darb’oħra Josef Pace ser jingħaqad ma’ Joseph u Matthew biex flimkien jiddiskutu l-masturbazzjoni.
LINGWAĠĠ
Episodju 19: LINGWAĠĠ 38m
Joseph u Matthew flimkien ma’ Dr Michael Spagnol ser jiddiskutu l-lingwaġġ fejn jidħol is-sess.
ADULTERJU
Episodju 20: ADULTERJU 39m
It-Terapista tal-Familja Rachel Osmond ser tingħaqad ma’ Matthew u Joseph biex flimkien jiddiskutu l-adulterju.