It-Talks

It-Talks, programm ta' diskussjoni matura dwar suġġetti soċjali u aħbarijiet kurrenti. Segwi diversi stejjer u esperjenzi fuq It-Talks, kull nhar ta' Ġimgħa fuq ONE.

Episodji

IT-TALKS
Episodju 1: IT-TALKS 32m
Fl-ewwel episodju ser niddiskutu in-‘Narċissiżmu’, filwaqt li niskopru l-ideat u il-fehma ta’ żewġ Psikoterapisti professjonali.Barra minn hekk għandna wkoll ittra anonima li ntbgħatet minn xi ħadd li diġa għamel kuntatt magħna li esperjenza relazzjoni ma persuna ‘Narċissist’.
IT-TALKS
Episodju 2: IT-TALKS 28m
Fit-Tieni episodju se nkomplu niddiskutu in-‘Narċisiżmu’, filwaqt li niskopru l-ideat u il-fehma ta’ żewġ Psikoterapisti professjonali.Barra minn hekk għandna wkoll ittra anonima li ntbgħatet minn persuna li diġa għamel kuntatt magħna li esperjenza relazzjoni ma persuna ‘Narċissist’.
IT-TALKS
Episodju 3: IT-TALKS 31m
Ottubru huwa x-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-marda tal-kanċer tas-sider. It-Talks ser ikunu dwar dan is-suġġett nhar il-Ġimgħa li ġej!
IT-TALKS
Episodju 4: IT-TALKS 32m
F'dan l-episodju ser niddiskutu l-proċeduri ta’ Sbuħija.. Botox u Fillers, x’inhi d-differenza? Hemm min jaqbel u hemm min le .. Intom x’taħsbu?
IT-TALKS
Episodju 5: IT-TALKS 32m
Niddiskutu l-rwol tal-Omm u l-importanza tas-saħħa Mentali tal-omm. Kemm jirnexxiela tagħti priorita lilha nnifisha il-Mara f’dan l-istadju?
IT-TALKS
Episodju 6: IT-TALKS 32m
Niddiskutu l-vojt li jħalli pet meta jiġi nieqes, in-niket li tħalli magħha t-telfa tal-Annimali tagħna. Ġieli ġarrabtu telfa ta’ Pet? Inħossu li dan is-suġġett mhux diskuss wisq, filwaqt li din it-telfa ġġib tbatija kbira mentalment u emozzjonalment.
IT-TALKS
Episodju 7: IT-TALKS 32m
Ir-Razziżmu għandu għeruq storiċi madwar d-dinja, Għalkemm saru ħafna avvanzi, xorta għadna nsibu modi oħra ta’ Razziżmu. Il-midja soċjali, tilgħab rwol importanti fil-ferita razzjali!
IT-TALKS
Episodju 8: IT-TALKS 34m
F'dan l-episodju ser niddiskutu fuq ‘ir-Reżiljenza’. Fil-ħajja tiltaqa’ ma sitwazzjonijiet iebsa. Forsu mhux kulħadd iħoss li huwa reżiljeni. Oħrajn isiru reżiljenti wara xi esperjenza iebsa.
IT-TALKS
Episodju 9: IT-TALKS 33m
F'dan l-episodju ser niddiskutu r-relazzjonijiet / il-koppji / il-ħajja miżżewġa. Bosta jgħidu li l-ħajja miżżewġa hija kaxxa magħluqa! Kemm hi importanti l-komunikazzjoni fir-relazzjonijiet?
IT-TALKS
Episodju 10: IT-TALKS 30m
F'dan l-episodju ser niddiskutu l-kliem mhux xieraq fuq il-Midja Soċjali. L-Ispettur Busuttil mil-Vice Squad The Malta Police Force ser jiddiskuti magħna il-forom varji ta' ‘Hate Speech’ u kif wieħed jista' jegħleb din il-problema. Ser jaqsam magħna pariri dwar it-trawwim tal-empatija diġitali, imġieba responsabbli onlajn, u mekkaniżmi ta’ rrapurtar.
IT-TALKS
Episodju 11: IT-TALKS 35m
F'dan l-episodju ser niddiskutu s-Suwiċidju!Dan is-suġġett jista’ jkun ta' distress jew jista’ jikkawża ħsibijiet koroh għal xi individwi.
IT-TALKS
Episodju 12: IT-TALKS 57m
Fl-ewwel programm fuq it-Talks, Lara tiddiskuti l-użu tal-lingwa Maltija mal-mistiedna Peppi Azzopardi, Prof. Michael Spagnol u Liliana Camilleri. Veru li l-lingwa Maltija se nitilfuha?
IT-TALKS
Episodju 13: IT-TALKS 57m
Nisimgħu l-istorja ta’ Josef Camilleri li qed jittama li jsib donatur biex ikompli jgħix ħajtu. Niltaqgħu ma’ Georgina Zahra li tilfet lil binha u mill-organi tiegħu gawdew 7 persuni. Niltaqgħu ma’ Amy Abela li llum qed tgħix bis-saħħa ta’ donazzjoni.
IT-TALKS
Episodju 14: IT-TALKS 57m
Diskussjoni nteressanti u nformattiva dwar id-divorzju u s-separazzjoni. Jiddiskutu magħna fil-programm l-Avukat Deborah Schembri, in-Nutar Elena Farrugia u t-Terapista Matthew Bartolo.
IT-TALKS
Episodju 15: IT-TALKS 57m
F'dan l-episodju jingħaqdu magħna Eileen Montesin, Fabian Scerri De Carlo u Amber Bondin. Fejn ser nkunu qed niddiskutu l-privatezza. Xi tfisser li tkun personalita’ ? Jista’ jkollok privatezza?
IT-TALKS
Episodju 16: IT-TALKS 59m
F'dan l-episodju ser niddiskutu t-trawma li ġġib magħha t-telfa. Se nisimgħu l-istejjer ta’ Marylis Mallia li tilfet lil binha Ramiro f’inċident sfortunat wara li anke rebaħ il-kanċer. Tony Vella jirrakonta l-lejl li semgħa taħbita mal-bieb u ġie nfurmat li ibnu kien involut f’inċident tat-traffiku. Kif tista’ tkompli tgħix ħajtek wara li tkun tlift lil xi ħadd għażiż?
IT-TALKS
Episodju 17: IT-TALKS 57m
F'dan l-episodju se niddiksutu l-orjentazzjoni sesswali. Magħna għandna lil Tristan B, Sylvana Attard u Colette Farrugia Bennett