GĦIDLI STORJA

Episodji

UM EL FAROUD
Episodju 1: UM EL FAROUD 27m
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar tal-1995, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, fil-Baċir Numru 3 fix-Shipbuilding seħħet splużjoni abbord il-bastiment Um El Faroud, li dwiet mal-Kottonera u f’postijiet oħrajn madwar Malta. Dan l-ewwel programm ifakkarna f’din il-ġrajja traġika.
IL-PALAZZ VERDALA
Episodju 2: IL-PALAZZ VERDALA 35m
It-tieni programm ser jittratta il-Palazz ta’ Verdala, l-istorja tiegħu u dawk li qagħdu fih fosthom Presidenti, Rejiet u Rġejjen u nies importanti. Din il-ġimgħa, Twanny Mifsud li fi tfulijtu kien joqgħod jilgħab mar-Re tal-Ingilterra u oħtu l-Principessa Anne ser ikun qed jirrakkonta l-istorja tiegħu. Ma jonqosx li nisimgħu wkoll dwar l-istorja tal-Blu Lady.
IL-VAPUR TAL-ART
Episodju 3: IL-VAPUR TAL-ART 37m
Mario Coleiro jitkellem mas-Sur Paul Galea li huwa l-Fundatur u ċ-Chairman ta’ The Malta Railway Foundation dwar il-Vapur tal-Art.
IL-BAŻILIKA TA' SANT'ELENA
Episodju 4: IL-BAŻILIKA TA' SANT'ELENA 34m
Mario Coleiro jgħidilna rakkonti mill-istorja tal-Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena ta’ Birkirkara.
IL-KOMPLOT TAL-ISKAJVI
Episodju 5: IL-KOMPLOT TAL-ISKAJVI 28m
Il-komplott tal-ilsiera biex joqtlu l-Granmastru Pinto.
SAN ĠORĠ PRECA
Episodju 6: SAN ĠORĠ PRECA 31m
F'dan l-episodju niskopru iktar dwar il-ħajja ta' San Ġorġ Preca.
IL-KONVOJ TA' SANTA MARIJA
Episodju 7: IL-KONVOJ TA' SANTA MARIJA 28m
L-impatt tat-tieni gwerra dinjija fuq Malta u l-konvoj li salva tant ħajjiet.
SPLUZZJONI
Episodju 8: SPLUZZJONI 24m
F'dan l-episodju Mario Coleiro jeħodna Ħal Qormi u jfakkarna f'waħda mill-agħar traġedji li l-Qriema sofrew, dik tal-kamra tan-nar ta' San Ġorġ.
IN-NAWFRAĠJU TA' SAN PAWL
Episodju 9: IN-NAWFRAĠJU TA' SAN PAWL 31m
F'dan l-episodju naghtu ħarsa lejn in-nawfraġju ta' San Pawl fuq il-gzejjer tagħna.
HMS ILLUSTRIOUS
Episodju 10: HMS ILLUSTRIOUS 31m
l-HMS Illustrious u l-gwerra dinjija fuq Malta.