Fuq Fomm Kulħadd

Episodji

Maltempati Qerrieda
Episodju 1: Maltempati Qerrieda 23m
F'dan l-episodju se nitkellmu dwar żewġ maltempati qerrieda li laqtu lil pajjiżna fl-1979 u fl-1982, it-tnejn fix-xahar ta’ Ottubru. Warajhom minbarra ħsarat kbar ma kullimkien, ħallew tmien vittmi. Imwiet li kienu Fuq Fomm Kulħadd.
Is-serqa tas-seklu
Episodju 2: Is-serqa tas-seklu 19m
F'dan l-episodju se nitrattaw serqa li fil-mira tagħha kien hemm il-pagi tal-ħaddiema kollha tat-tarzna. Serqa li sa dak iż-żmien kienet meqjusa bħala s-serqa tas-seklu u kienet Fuq Fomm Kulħadd.
Iktar minn 100 jum maħrub
Episodju 3: Iktar minn 100 jum maħrub 21m
F'dan l-episodju se nitrattaw delitt li seħħ fil-Mosta f’Ġunju 1963 u t-tfittxija li damet għaddeja x-xhur għall-allegat qattiel. L-istorja ta’ Ċikku Fenech magħruf bħala il-Misrum. Kienet storja Fuq Fomm Kulħadd.
Traġedja fuq il-baħar
Episodju 4: Traġedja fuq il-baħar 17m
F'dan l-episodju se nitrattaw l-ikbar traġedja li l-Għawdxin ħabbtu wiċċhom magħha sa minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija. L-għarqa ta’ luzzu f’Ħondoq ir-Rummien – traġdeja li ħallit warajha tlieta u għoxrin vittma. Traġedja li kienet Fuq Fomm Kulħadd.
ERBA' DELITTI MWETTQA F'MALTA
Episodju 5: ERBA' DELITTI MWETTQA F'MALTA 19m
F'dan l-episodju nagħtu ħarsa lejn erba delitti mwettqa f’Malta fl-1955, fl-1984, fl-1986 u fl-1998 rispettivament. Fid-delitt tal-1955 il-vittma kien missier ta’ żewġ t’itfal mill-Gudja. It-tlett delitti l-oħra twettqu mill-istess persuna. Il-Qorti sejhitlu l-ewwel serial killer Malti. Ilkoll ġrajjiet li kienu Fuq Fomm Kulħadd.
CARMELO BORG PISANI
Episodju 6: CARMELO BORG PISANI 22m
F'dan l-episodju se nitrattaw l-istorja ta’ Carmelo Borg Pisani, żagħżugħ Malti li kien jgħix l-Italja u li fl-1942, fl-eqqel tal-bumbardamenti fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija, offra lilu nnifsu għal missjoni ta’ spjunaġġ f’pajjiżna.Ġrajja li fis-snin ta’ wara kienet Fuq Fomm Kulħadd.
GERALD STRICKLAND
Episodju 7: GERALD STRICKLAND 22m
F'dan l-episodju nitrattaw ġurament falz u attentat ta’ qtil li t-tnejn kellhom fil-mira tagħhom lir-raba Prim Ministru ta’ Malta – Gerald Strickland.
DELITTI
Episodju 8: DELITTI 18m
Fl-episodju tal-lum se nitrattaw erba' delitti li lkoll seħħew fi Frar tal-1988.Delitti li twettqu mill-istess persuni u għalhekk dan huwa meqjus bħala l-ewwel kaz ta’ serial killers f’Malta.Delitti Ii kienu Fuq Fomm Kulħadd.
QABDA TAD-DROGI
Episodju 9: QABDA TAD-DROGI 22m
Fl-episodju tal-lum se nitrattaw l-istejjer ta’ Francesco de Assis Queiroz u ta’ Hashim Jusef Al Zabi, zewg traffikanti tad-droga u r-rabta taghhom ma’ Malta.Ġrajjiet li kienu fuq Fomm Kulħadd
April 1942
Episodju 10: April 1942 20m
Fl-episodju tal-lum se nitrattaw xahar partikolari fit-tieni Gwerra Dinjija - April 1942 - u dak li għaddiet minnu Malta.Ġrajjiet li kienu fuq Fomm Kulħadd
Il-Ħtif tal-Ajruplan fl-1973 
Episodju 11: Il-Ħtif tal-Ajruplan fl-1973  18m
Fl-episodju tal-lum se nitrattaw ġrajja li seħħet f’Malta iżda kellha konotazzjonijiet internazzjonali. Ġrajja li bl-intervent tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Dom Mintoff, kellha tmiem għal kollox differenti minn dak li bassru ħafna.
IL-ĠURI POLITIKU TAL-1933
Episodju 12: IL-ĠURI POLITIKU TAL-1933 22m
F'dan l-episodju se nitrattaw ġuri li sar f’pajjiżna fl-1933. Kien ġuri politiku li fil-mira tiegħu kellu persuni li kien jħaddnu twemmin Soċjalista.
L-IMMIGRAZZJONI LEJN L-AWSTRALJA
Episodju 13: L-IMMIGRAZZJONI LEJN L-AWSTRALJA 21m
F'dan l-episodju neżaminaw il-pregudizzji razzjali li l-Maltin ħabbtu wiċċhom magħhom snin ilu meta ipprovaw jemigraw lejn l-Awstralja. nitkellmu dwar referendum li sar fl-Awstralja u li bla ma jafu kif, sabu ruħhom bħala protagonisti ewlenin fih, mitejn u erbatax – il Malti.