Dak Kien Zmien

Episodji

Freddie Protelli/Pawlu Tanti
Episodju 1: Freddie Protelli/Pawlu Tanti 25m
Illum iltqajna ma’ Freddie Portelli fir-residenza tiegħu fejn irrakuntalna kif tela’ l-Ġermanja, għaliex hu nlaqqam il-kredu u kif kien issib l-enerġija biex ilaħħaq mal-mużika u l-isports – ukoll illum qed infakkru l-mibki makjettista, attur u xandar Pawlu Tanti
Maryrose Mallia/George Agius
Episodju 2: Maryrose Mallia/George Agius 30m
Iltqajna illum ma’ Maryrose Mallia fir-residenza ta’ wieħed mill-maħbubin u l-ikbar ħabib tagħha. tkellimna dwar l-imhabba li kellha għal missiera, is-sehem fl-iljieli meditteranji, ghaliex minn Maryrose sarret Mary Charles u kif tagħlmet fi żmien qasir titkellem u tipreżenta diversi xows bil-germaniż – ukoll illum qed infakkru l-kantant u ġerrej taż-żwiemel, il-mibki George Agius
Joe George Micallef/Bayzo
Episodju 3: Joe George Micallef/Bayzo 30m
Illum iltqajna ma’ Joe George Micallef fir-Rabat, fir-residenza tiegħu stess fejn qalilna kif kien emmigra lejn l-Awstralja u kif iltaqa’ mal-Mara tieghi li dak Iż-żmien kienet żefina – infakkru ukoll lil-kantant mibki il-Bayzo.
Edwin Galea - Jon Lukas Woodenman
Episodju 4: Edwin Galea - Jon Lukas Woodenman 28m
Fil-programm tal-lum tkellimna ma’ Edwin Galea fejn irrakuntalna li għejjex lil familja minn drydocks, fuq xow televiżiv li kellhu ma’ matt monro u kif wara esebizzjoni barra minn malta ngħata karozza – ukoll illum infakkru l-kantant ta’ fama internazzjonali l-mibki Jon Lukas Woodenman
Doreen Galea/Tony Gauci
Episodju 5: Doreen Galea/Tony Gauci 30m
Illum morna ltqajna ma’ Doreen Galea fl istudios tal-familja tagħha u fakkritna f’uħud mil-festivals li kienu jssiru fir-radio city l-Ħamrun, il-diversi musicals li ħadmet fihom u kif ir-raġel Sammy Galea kien ifisser kollox għaliha – ukoll illum infakkru l-kantant ta’ ħafna kanzunetti popolari maltin il-mibki Tony Guaci
Tony Camilleri, Frans Baldacchino il-Budaj
Episodju 6: Tony Camilleri, Frans Baldacchino il-Budaj 29m
Illum iltqajna ma’ Tony Camilleri l-għannej fil-park tal-familja f’ wied il-għajn fejn irrakuntalna l-esperjenzi mal-grupp tiegħu shallimars u d-differenaz x-xogħol fl-ispetaklu dak Iż-żmien imqabel mal-lum il-ġurnata – f’dan il-programm tajna tislima lill-għannej Frans Baldacchino l-budaj.
Joe Cutajar , Sonny Monte
Episodju 7: Joe Cutajar , Sonny Monte 30m
Fil-belt kapitali, eżatt fil-barrakka t’isfel, art twelid il-kantant Joe Cutajar fejn irrakuntalna il-praspar ta’ tfulitu, il-parteċipazzjoni tiegħu fil-eurovision song contest fl-1972 u ħafna aktar – illum infakkru ftit memorja tal-kantant bi stil uniku Sonny Monte.
Greenfields - Sammy Bartolo
Episodju 8: Greenfields - Sammy Bartolo 28m
Illum morna ltqajna mal-koppja Joe u Carmen tanti marifin bħala the Greenfiels, se nirrakuntaw kif bdew il-Greenfields, x’kien jagħmel qabel Joe u kif iltaqgħu flimkien u l-esperjenzi ta diversi xow speċjalment fir-Rusja – f’dan il-programm tajna tislima lil mibki qatt minsi Sammy Bartolo
Joe Grech - Alfred Rapa
Episodju 9: Joe Grech - Alfred Rapa 30m
Fil-programm tal-lum morna niltaqgħu mal-ewwel kantant li rrapreżenta l-malta fil-eurovision song contest Joe Grech , Joe jgħidilna is-sehem tiegħu fl istage commandos u kemm ixxebħuh mal-kantant taljan little Tony – fakkarna ukoll im-memorja tal-kantant għawdxi Alfred Rapa
Carmen Xerri (Sherry) - Joe James
Episodju 10: Carmen Xerri (Sherry) - Joe James 30m
Fi sqalija fil-vilaġġ ta’ Giarre morna niltaqgħu ma’ Carmen Xerri magħrufa bħala Carmen Sherry, Rita Pavone ta’ malta. Carmen tirrakonta il-hbierija ma’ diversi kantanti maltin fosthom ma’ Enzo Guzman, kif issa ilha snin tgħix sqalija wara li żżewġet – illum ukoll fakkarna lil kantant, preżentatur u awtur Joe James.
Renato Micallef - Joe Grech
Episodju 11: Renato Micallef - Joe Grech 31m
F’ Ħal Balzan illum iltqajna ma’ Renato fir-residenza tiegħu fejn qalilna kemm ma kienx Iħobb l’iskola, ma kienx Iħobb min jilbes bħalu, id-diversi kunċerti li ħa sehem fihom barra minn xtutna u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-musical Ġensna u ħafna oħrajn – fil-programm tal-lum tajna tislima lill-kantant tal-grupp the Tramps. Il-mibki Joe Grech.
Mariella Pace Axiak , Iris Schembri
Episodju 12: Mariella Pace Axiak , Iris Schembri 32m
Fix-xemxija llum tkellima ma’ Mariella Pace Asciak dwar it-tfulija tagħha f’ tas-sliema, kif ta’ eta’ żgħajra kienet ġa tagħmel diversi xows, darba wkoll kienet irrapreżentat lil Eġittu f’festival u anke tirrakonta l-esperjenzi tagħha fuq diversi programmi televiżivi u radjofoniċI – fakkarna ukoll ftit memorji tal-kantanta mibkija Iris Schembri