Irridu nagħmlu Malta bħala Hub tal-E-sports. Qal dan Nicolai Gauci, wieħed mill-fundaturi tal-Malta Electronic Sport Association, li ser tkun iffurmata f’Settembru li ġej. Spjega kif l-għan huwa li f’pajjiżna jinħolqu numru ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’dan is-settur ukoll. Dan tħabbar waqt li tinsab għaddejja maratona ta’ gaming b’aktar minn mitejn parteċipant fuq medda ta’ tliet’ijiem.
Li Malta tkun fuq il-mappa tal-e-sports, iġifieri logħob elettroniku, ifisser li tikkompeti ma’ pajjiżi oħra Ewropej sabiex tkabbar din l-industrija u tiġġenera aktar investiment fl-ekonomija Maltija.
Il-fundaturi tal-assoċjazzjoni sostnew li se jkollha żewġ prioritajitet; il-kuxejnza mal-membri tagħha dwar saħħithom u l-ugwaljanza bejn is-sessi f’dan l-sport meqjus ġdid.
L-assoċjazzjoni se tkun qed taħdem biex ikun hemm taħriġ lill-dawn il-gamers biex huma wkoll ikollhom iċ-ċans li jiffurmaw karriera professjonali mill-gaming bħala pajjiżi oħra. Ser isir ukoll studju sabiex jinġiebu coaches li jistgħu jassistu lill-gamers Maltin. Huwa mistenni li jinħoloq ukoll suq tat-trasferiment uffiċjali fejn player ikun jista jimxi minn club għall-ieħor.
https://www.youtube.com/watch?v=7v68B04Qsco