Il-Kummissjoni Ewropea ppublikat it-tbassir ekonomiku tax-xitwa. Fost oħrajn qalet li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jibqa’ iktar qawwi mill-medja Ewropea u l-qgħad se jibqa fl-iktar livelli baxxi.
Id-defiċit se jerġa’ jitjieb ukoll, u kien rivedut it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta għall-2014 u l-2015. Dan laħaq il-livelli ta’ 7.9%, jiġifieri l-ogħla minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.
Irreaġixxa l-Ministru Edward Scicluna.