Sergio Mattarella mistenni jerġa’ jkun il-President tal-Itajla, hekk kif qal li hu lest li jerġa’ jservi għal terminu ieħor ta’ seba’ snin, minkejja li saħaq diversi drabi li jrid jirtira.
Fil-fatt, bosta talbuh jibqa’ fosthom il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi. Dan wara li ma kienx hemm qbil dwar min għandu jkun is-suċċessur tiegħu. Fil-fatt, diġà saru seba’ elezzjonijiet mingħajr suċċess.
Għalhekk, kollox qed jindika li Mattarella ta’ 80 sena se jirbaħ il-vot tal-maġġoranza.
It-tmien votazzjoni bdiet fl-4.30pm, bir-riżutat joħroġ aktar tard.
Draghi saħaq kemm-il darba dwar l-importanza li Mattarella jibqa’ jokkuppa l-kariga għal ġid u l-istabilità tal-Italja.
Mattarella mistenni jkun it-tieni President tal-Italja li jservi żewġ termini fit-tieni repubblika Taljana wara Giorgio Napolitano. Napolitano kien irreżenja f’Jannar ta’ sentejn wara li kien fit-tieni terminu.