It-tennista Amerikana Serena Williams mhux ser tieħu sehem fir-Rogers Cup li ser issir il-ġimgħa d-dieħla fil-Kanada minħabba raġunijiet personali.Matul din il-ġimgħa Williams sofriet l-għar telfa fil-karriera tagħha meta ġiet megħluba minn Johanna Konta fis-Silicon Valley Classic 6 – 1, 6 -0.
Id-direttur tat-tournament Eugene Lapierre qal li jinsab diżappuntat li Williams mhux ser tipparteċipa. Huwa żied jgħid li l-partitarji kienu qed iħarsu ‘l quddiem sabiex jaraw lil Williams fl-azzjoni. Lapierre żied jgħid li għal dan it-tournament ser jieħdu sehem l-aqwa tnejn u ghoxrin tad-dinja minn fost l-ewwel ħamsa u għoxrin fir-rankings mondjali.