Hekk kif illum f’pajjiżna qed niċċelebraw Jum il-Ħelsien, numru sinifikanti ta’ nies huma franki mix-xogħol u jidher li dan se jwassl biex Għawdex jara aktar nies.
Fir-ritratti li bagħtulna l-qarrejja ta’ one.com.mt jidher serbut twil ta’ karozzi li qed jistennew għal vapur ta’ Għawdex fiċ-Ċirkewwa. Żgur li x-xemx tiżreġ li ħarġet illum ħeġġet biex aktar nies joħorġu jgawduha.
Iżda mhux se jkunu qed igawdu dawk li għażlu Għawdex għal din il-ġurnata ta’ festa biss, iżda anke n-negozji li fost oħrajn joffru ikel bnin tipiku Għawdxi.
Għalhekk, il-popolazzjoni f’Għawdex tul il-jum tal-Ġimgħa se tkun qed tiżdied b’numru ta’ Maltin u turisti. Għal dawk li għadhom qed jaħsbuha, nissuġġerixxu li taħsbu kmieni hekk kif il-vapur qed jimtela mal-wasla tiegħu fiċ-Ċirkewwa.