Serbjan ntbagħat sena ħabs wara li ġie mixli li daħal Malta b’passaport falz u li weġġa’ kuntistabbli tal-Pulizija.
Fil-Qorti nstema’ kif is-Serb ġie arrestat waqt li kien qiegħed f’gym ta’ lukanda, u wara li ttieħed l-għassa sabiex jiġi interrogat fuq suspett ta’ dokumenti foloz, ħebb għall-ispettur.
Ħareġ kif huwa talab biex jittieħed l-isptar Materi Dei sabiex jiġi eżaminat minn psikjatra, u xħin ħaduh ta s-salt u pprova jaħrab l-arrest. Kien hawn li weġġa’ ħafif lill-kuntistabbli tal-pulizija.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u filwaqt li bagħtitu sena ħabs ordnatlu jħallas multa ta ħamest elef ewro.