Serba t’erbgħa u tletin sena ngħatat il-libertà proviżorja wara li ċaħdet l-akkużi li ffalsifikat dokumenti biex tibbenefika mis-servizz tas-saħħa b’xejn.
Ksenija Kojovic ġiet akkużata li ffalsifikat dokumenti biex turi li qed taħdem. Dan biex tevadi l-ħlas tas-servizz biex welldet fl-isptar Mater Dei.
Il-każ ġara f’Settembru li għadda u l-pulizija kienu ilhom isegwu l-każ tagħha sa min-Novembru.
Filfatt hija kienet ingħatat il-police bail sakemm sar magħruf li allegatament hija frodat lis-servizz tas-saħħa pubblika s-somma ta’ elf u tlett mitt ewro.