Serb ta’ 35 sena li jgħix f’pajjiżna, inżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar u pussess ta’ droga kokainaf’Paceville.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni qalet kif ir-raġel twaqqaf f’San Ġiljan il-Ħamis li għadda fejn instab fil-pussess ta’ madwar 10g kokaina lesta biex tinbiegħ.
Waqt tfittxija fil-vettura tiegħu insatbet 60g oħra droga kokaina flimkien ma’ oġġetti relatati ma’ allegat traffikar tad-droga.
Minkejja li mal-Pulizija ammetta li kellu d-droga fuqu, fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella huwa wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.
Is-Serb kien wieħed mill-ħames bouncers li f’Jannar li għadda ġie mixli li aggredixxa raġel fil-bidu tas-sena l-ġdida, filwaqt li nqabad jaħdem ta’ security mingħajr liċenzja.