Serb ta’ disgħa u għoxrin sena ġie arrestat f’Malta wara li kien mfittex mill-awtoritajiet Serbi biex jiskonta sentenza ta’ priġunerija b’rabta ma’ reati ta’ produzzjoni, pussess u bejgħ ta’ drogi.
L-akkużat, Mario Marjanov, ġie arrestat l-Erbgħa filgħodu u tressaq l-Qorti quddiem l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabiex jibda l-proċess ta’ estradizzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ma tax il-kunsens tiegħu biex jiġi estradit.
L-Avukati tiegħu, Charlon Gouder u Ramona Attard talbu għall-ħelsien mill-arrest madankollu l-Ispetturi Omar Zammit, Robinson Mifsud, assistiti minn Dr Ylenia Attard mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, oġġezzjonaw għal din it-talba.
Il-Maġistrat ordnat sabiex jinżamm arrestat.
Il-każ se jkompli jinstema’ għada filgħodu.