Bojan Cmelik, Serb ta’ 35 sena nżamm arrestat mixli bl-attentat ta’ qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti.
Cmelik qed ikun akkużat ukoll li attakka u rreżista bi vjolenza l-arrest tal-Pulizija, li ħebb għall-Pulizija u li ma’ obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu minn Pulizija.
L-akkużat ma wieġeb xejn waqt l-interrogazzjoni u ma wieġeb għal ebda mistoqsija fil-Qorti.
Meta mistoqsi mill-Qorti, l-Avukat tal-akkużat Ismael Pace wieġeb mhux ħati filwaqt li ma kkontestax l-arrest.
B’rabta mal-arrest tiegħu ma saret ebda talba għall-ħelsien mill-arrest fejn hu nżamm arrestat.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax nieqes kwart tal-Ġimgħa filgħaxija f’Paceville meta l-Pulizija daħlulha rapporti li kien għadu kif ġie aggredit persuna b’sikkina.
Għall-aggressur qed jidher l-Avukat Ismael Psaila filwaqt li l-Avukati Joseph Giglio u Sarah Mifsud qed jidhru parte civile għal Hugo Chetcuti bil-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.