Serb ta’ sitta u għoxrin sena li jgħix il-Mellieħa baqa’ jinżamm arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ ħames kilogrammi kannabis f’pakketti li waslu bil-posta.
L-akkużat ġie mixli li importa erba’ pakketti b’kilo ħaxixa tal-kannabis f’kull wieħed, b’kompliċità biex jimporta d-droga, u b’pussess tad-droga f’ċirkostanzi li juru li ma kinux għall-użu personali.
Ir-reati allegatament seħħew lejn l-aħħar ta’ Diċembru u fil-ġimgħat u x-xhur ta’ qabel.
Wara li l-imputat ġie arrestat, instabu erbatax-il pjanta oħra tal-kannabis fid-dar fejn jgħix, flimkien ma’ pakketti oħra simili għal dawk li ġew impustati lilu.
Il-kontenut tal-pakketti ġew iddikjarati bħala ingwanti tal-boxing u ornamenti għal mas-siġra tal-Milied.
Bjelica kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija mill-mument li ġie arrestat.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.